Origini ta’ l-isem Hal Farrug
L-ewwelnett kulhadd jaf li l-prefiss zghir Hal mhu xejn hlief il-kelma rahal imqassra, li nsibuh fil-bidu ta’ hafna ismijiet ta’ rhula maltin fosthom Hal Luqa. Kienet ukoll l-ewwel parti ta’ diversi rhula maltin li llum m’ghadhomx jezistu, jew ghax in-nies abbandunathom ghal kolox, jew ghaliex inghaqdu ma’ rhula ohra sabiex iffurmaw irhula akbar. Fost dawn insibu Hal Resqun, Hal Dmikki, Hal Birbut u ohrajn.
Dwar l-origini ta’ Farrug, it-tieni parti ta’ l-isem Hal Farrug, inhabbtu wiccna ma xi opinjonijiet ftit divergenti. Skond il-Profs. G. Wettinger, Farrug kien il-laqam ta’ xi bidwi li maz-zmien inbidel fil-kunjom Farrugia taht l-influenza tan-natura Sqallin li xejn ma kienu midhla ta’ l-ilsien Malti. Wettinger jghid li Farrug tfisser fellus. Allura hawn kien joqghod xi hadd li laqqmuh hekk, forsi ghaliex kien ta’ statura ckejkna. Skond storici ohrajn, jista’ jkun li dan il-post inghata dan l-isem minhabba l-kwantita’ kbira ta’ tajr – farrug, li kien ipoggi hawnhekk. Din l-interpretazzjoni mhix wisq –il boghod
Inhawi ta’ Hal Farrug
Nigu issa ghal xi ismijiet li bihom dawn l-inhawi kienu maghrufin fl-imghoddi mbieghed. M’hemmx dubju li xi whud
Xi ghelieqi f’Hal Farrug kienu jissejhu Il-Bajjada li hi isem komuni fil-Gzejjer Maltin. Jirreferi ghall-kulur bajdani tal-blat kif ukoll ghall-kunjom Bajada. Partijiet ohra ta’ Hal Farrug kienu maghrufa bhala Ta’ Bugnieh (ta bubinech, lencia terrea, in contrata casalis farrug). Buginech kien isem Gharbi jew laqam tat-tip abu (iben), li sas-seklu 14 kien ghadu komuni f’Malta bhala kunjom. Cens tal-Bir (chens tal bir, clausura in contrata casalis farrug) – l-art imqabbla b’cens hdejn il-bir. Cens tal-Kemmuna (chens tal gemune, clausura in contrata casalis farrug) – l-art moghtija b’cens f’Tal-Kemmuna. Il-kemmun hu xitla li fl-imghoddi kienet ikkultivata sewwa mill-bdiewa maltin. Kulhadd jaf bil-gzira Kemmuna, li l-isem taghha hu wkoll gej mill-kemmun. Espressjoni li tqajjimlek kurzita’ hi ta diar il farrug, lencia di terrea in contrata sancti nicolai ta diar il farrug – kien hawn xi kappella li m’ghadiex tezisti? Jekk kien hawn xi darba xi kappella dedikata lil dan il-qaddis, tant kienet qadima u li kienet spiccat, li l-anqas
Iz-Zjara ta’
Mons Pietru Dusina zar
Mir-rapport estensiz li halla taz-zjara tieghu fil-Gzejjer Maltin jidher li hu kien bniedem ta’ karattru sod u determinat, tant li, minkejja l-hafna diffikultajiet li ltaqa’ maghhom hawn, irnexxielu jtemm b’success il-bicca xoghol fdata f’idejh
Dusina jitkellem dwar tliet kappella zghar li kienu jinsabu fil-limiti ta’ Hal Farrug. Tnejn kienu iddedikata lit-Twelid tal-B.V. Marija filwaqt li l-ohra kienet iddedikata lill-Qtugh ir-Ras ta’ San Gwann il-Battista. Dak iz-zmien Hal Farrug kien ghadu parti mill-poarrocca ta’ Bir Miftuh, ghaliex ukoll Hal Luqa kienet ghadha ma nfirditx
L-ewwel ma dahal kien f’wahda miz-zewg kappelli li kien hawn iddedikati lit-Twelid tal-B.V. Marija. Fil-fatt, Dusina sab biss ghaxar djar u r-rahal kien zewg mili boghod
It-tieni kappella ddedikata lit-Twelid tal-B.V. Marija kellha artal, pavement u bibien ta’ l-injam. Illum narawha stramba din l-enfasi li Dusina kien qed jaghmel dwar il-bibien ta’ l-injam, izda rridu niftakru li hafna kappelli ohra f’Malta lanqas biss kellhom bieb ta’ l-injam.. X’aktarx li t-Torok kienu haduhom sabiex iqabbdu n-nar. Din il-kappella ma kelliex rettur u dhul, imma Dun Mattew Burlo’, kanonku tal-Katidral, kien obbligat li jqaddes erba’ Quddisiet: nhar il-festa tat-Twelid tal-Madonna, meta kellu wkoll jaghmel il-Vespri, u fil-jiem tal-Purifikazzjoni, l-Annunzjoni u t-Tlugh is-sena tal-Madonna. Kien ukoll obbligat li jghin lill-foqra u jixghel il-lampier kull nhar ta’ Siubt. Dun Mattew Burlo’ kien mill-Birgu u kien ilu monsuinjur mis-sena 1572. Fis-sena 1587 sar kappillan taz-Zejtun, fejn dam sa’ l-1626.
It-tielet kappella f’Hal Farrug hi mnizzla bhala wahda mill-kappelli fil-kampanja (ruralis) ta’ Bir Miftuh. Din il-kappella kienet iddedikata lill-Qtugh ir-ras ta’ San Gwann il-Battista u kienet fit-triq li taghti ghall-Imqabba. Fil-fatt f’mappa li saret ghall-ahhar tas-senku 19, din il-kappella tidher immarkata. Nardu Mallia, li kien jipposjiedi bicca art vicin il-kappella kien obbligat li f’jum il-festa jara li jsirtu l-Vespri u l-Quddiesa, u jixghel il-lampier nhar ta’ Sibt. Dusina ordnalu li jirrwetawra din il-kappella u jsewwi l-bibien. Jekk fi zmien xahar dan ma jaghmilx li qallu, hu jehel piena ta’ hames skudi.
Il-Kappella principali tat-Twelid tal-Madonna
Din il-kappella kienet thares lejn Wied il-Kbir u kienet ilha mibnija mis-seklu 15. Meta Bir Miftuh sar parrocca xi snin qabel l-1436, din il-kappella kienet taghmel mieghu. Kienet mibnija bi tliet hnejjiet u kellha forma rettangulari, bhal ma kienu mibnija l-knejjes ta’ dak iz-zmien. Meta Dusina zarha fl-1575, din kienet wahda mill-ftit kappelli li kienu jaghmlu ma’ Hal Luqa, fi zmien meta Hal Luqa stess kienet ghadha parti mill-parrocca ta’ Bir Miftuh. Meta Hal Luqa nqatghet
Ghall-habta tas-sena 1885 saret faccata gdida ghal din il-kappella fuq disinn tal-perit Andrea Vassallo. Kellha kampnar fin-nofs bejn l-istatwi ta’ San Pietru u San Pawl. Taht il-kampnar kien hemm arlogg mahdum mill-maghruf M.A. Sapiano. Jinghad li dan l-arlogg kien merfugh f’Hal Luqa, izda nqered fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-faccata tal-kappella kien hemm ukoll zewg twieqi ovali li minnhom kont tista’ tittawwal gewwa l-kappella. Dak iz-zmein il-prokurtatur tal-kappella kien ceru Salvu Baldacchino li probabilment hareg
Fi zminijiet aktar ricenti, l-festa hadet xejra isbah u aktar folkloristika. Kienet issir fjakkolata bix-xema’ fuq il-bjut tal-kappella u ta’ xi rziezet vicin. Bhala tifkjira tar-rebha tal-Maltin fuq it-Torok, kienet issir battalja bil-gebel bejn il-Halluqin u l-Qriema. Rgiel
Festa ohra kienet dik ta’ l-Ewwel Tqarbina tat-tfal Halluqin, li kienu jimxu mill-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa ghal din il-kappella f’Hal Farrug. Numru kbir ta’ nies kienu jakkumpanjaw lil dawn it-tfal. Imbghad f’Hal Farrug kienu jkantaw il-litanija u tkompli ssir festa ferrieha fuq iz-zuntier tal-kappella. Wara li jinqraw xi poeziji, it-tfal kienu jinghataw ic-certifilkat ta’ l-Ewwwel Tqarbina, rigal u santa kull wiehed.
Fl-1941 din il-kappella storika ta’ Hal Farrug kellha titnehha ghal kollox ghaliex kienet se tkun fit-tarf tar-runway ta’ l-ajrudrom. W.G. Dobbie, il-Gvernatuir ta’
Hal Farrug wara t-Tieni Gwerra Dinjija
Il-gwerra spiccat fl-1945 u s-snin komplew igerbu. Meta fl-1979 l-inglizi ghalqu l-bazi militari u hallew Malta ghal kollox, is-sitt blokki flats li kienu ndnew f’Hal Farrug ghaddew f’idejn il-Gvern Malti li krihom lill-familjari Maltin, u hekk, Hal Farrug li kien ilu bla residenti permanenti ghal mijiet ta’ snin, rega’ beda jiehu r-ruh. Nhar il-25 ta’ Settembru 1992, Rev. Dun Alfred Vella, kappillan ta’ Hal Luqa, bierek ic-Centru Pastorali gdid imsemmi, kif xieraq, ghal Marija Bambina. Il-kwadru li naraw illum huwa xoghol modern ta’ l-artist Richard Caruana. Il-lum Hal Farrug m’ghadux rahal ckejken medjavali minsi, izda sar centru modern ta’ komunita’ mdaqqsa li fiha tbaqbaq il-hajja ta’ familji zghazagh. Dawn l-ahhar snin kompla tiella aktar bini gdid u gew joqghodu hawn aktar familji mill-parrocci vicini.
Hajr lil Rev. David Farrugia - Vici Parroku
Referenzi:
Place Names of the
Noe’ Ciappara, Lehen il-Parrocca Hal Luqa, 1982
J.D. Evans, The Prehistoric Antiquities of the
Rev. Dun Guzepp Micallef, Hal Luqa: Niesha u Grajjietha 1975